“Pass kruċjali fit-triq għall-paċi.” Hekk sostna l-Prim Ministru Malti Robert Abela b’rabta mal-qbil bejn l-Ukrajna u l-Istati Uniti sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied għal 30 jum.
F’din il-kitba, il-Prim Ministru awgura li dan iseħħ tassew.
Dr Abela sostna li ajjiżna jibqa’ determinat li l-paċi tinkiseb biss permezz tad-diplomazija madwar il-mejda u mhux pemezz ta’ infiq fl-armi. Intqal kif din kienet il-pożizzjoni tiegħu f’isem Malta dejjem u kullimkien.
F’din il-kitba, il-Prim Ministru Abela temm jgħid li bħala pajjiż inħares ’il quddiem li l-waqfien mill-ġlied ikun b’mod permanenti biex b’hekk issaltan tassew il-paċi u jirbaħ kulħadd.
AQRA AKTAR: