Fi stqarrija, il-Partit Laburista mill-ġdid ikkundanna l-aġir aggressiv u arroganti li għal darba oħra uriet l-Oppożizzjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Illejla, il-Kap de facto tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina reġa’ sfratta s-seduta Parlamentari bl-għajjat u t-tisbit tiegħu li issa sar sinonimu mat-tmexxija tal-Oppożizzjoni fil-Parlament.
Meta s-Sedja talbu biex ma jkompliex jinterrompi, Aquilina wieġeb lill-Ispeaker li jista’ joħorġu biss mill-kamra tad-deputati jekk iġiblu l-pulizija.
Fl-istess seduta, id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut iddikjara, kif kien diġa għamel Karol Aquilina, li dan huwa Gvern li joqtol lin-nies. Mitlub jissostanzja din l-allegazzjoni serja, Sammut qal li m’għandux li l-karti fuqu.
Il-Partit Laburista jerġa’ jitlob lil Bernard Grech biex jikkundanna dan id-diskors insensat kif ukoll l-attakk ġdid fuq is-Sedja li seħħ illejla fil-Parlament.
Il-poplu Malti u Għawdxi se jkompli jistmerr il-politika tal-firda u l-mibgħeda tal-Partit Nazzjonalista li issa laħqet l-agħat forma tagħha.
AQRA WKOLL: