Fi stqarrija mill-Partit Laburista, il-kelliem Nazzjonalista Darren Carabott jkun l-ewwel wieħed li malli tiġri xi ħaġa jkun irid li l-Pulizija toħroġ titkellem minnufih, iżda mbagħad jitkaża meta fil-proċess tal-investigazzjoni, kif inhu naturali li jsir, jiġu stabbiliti iktar fatti li mbagħad ikunu spjegati bħala parti mill-proċess tal-Qorti. Din hi xi ħaġa normali, iżda min hu popolist bħall-kelliem tal-Oppożizzjoni ma jifhimix jew ma jkunx irid jifhimha.
Fuq kollox jispikka kif il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija dwar ħidmet il-Pulizija, iżda dan mhux biex ifaħħarha li f’qasir żmien solviet każ kumpless u ressqet lin-nies il-Qorti, però biex jattakkaha kif wara kollox issa huwa mdorri jagħmel.
Malta kollha taf li l-Partit Nazzjonalista ma jitlifx okkażjoni waħda biex jattakka lill-Korp tal-Pulizija u din tal-lum kienet okkażjoni oħra f’sensiela. Din id-darba kien qed jattakka mhux biss lill-Pulizija, iżda wkoll ħidma li ssir id f’id mal-Maġistrat inkwirenti flimkien mal-esperti forensiċi.
Il-pajjiż għandu Oppożizzjoni perikoluża għaliex anke fuq l-iktar affarijiet serji, taqa’ partiġġjana u tibbaża l-politika tagħha fuq is-sensazzjonaliżmu u mhux fuq il-fatti.