Eros Galea ta’ 36 sena miż-Żejtun u xufier tal-ambulanzi tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju tan-Nursing Aide Joseph Grech f’aċċident tat-traffiku li seħħ fil-25 ta’ Mejju li għadda ftit ’il barra mill-Isptar Mater Dei.
Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi li saq bl-addoċċ, li kkawża l-mewt ta’ Grech u li weġġa’ gravi wkoll lil Maria Miron, Rumena ta’ 54 sena, fl-istess aċċident.
Il-każ ikompli.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Darryl Farr u l-Avukat Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, waqt li l-Avukati Veronique Dalli u Dean Hili assistew lill-akkużat.
Għall-familja tal-vittma dehru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Maria Navarro, filwaqt li l-Avukati David Bonello u Joseph Borda dehru għal Maria Miron