Uffiċjali Ukreni u Amerikani jinsabu fl-Arabja Sawdija għal taħditiet dwar il-paċi.
Il-President Ukren Volodymr Zelensky qal li jittama li dawn it-taħditiet ikunu ferm aħjar mil-laqgħa ta’ bejnu u l-President Amerikan Donald Trump, fil-White House.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iċ-Chief of Staff tal-uffiċċju ta’ Zelensky, Andriy Yermak qal li t-taħditiet bejn iż-żewġ naħat huma kostruttivi ħafna.
Fuq il-midja soċjali, Yermak qal li qed jaħdmu favur il-paċi dejjiema f’dan il-pajjiż.