“Jekk raġel ma jsawwatx lil martu, ma jkunx raġel biżejjed.” Dan kien kliem mara Alġerina li temmen li jekk ir-raġel tagħha ma jsawwatiex, ir-raġel ma jkunx raġel biżejjed. Dan qalitu b’daħka fuq fommha u ma kinitx hi biss li f’servizz li sar għat-televiżjoni fl-Alġerija, wara rapporti li ħarġu li aktar minn 8,800 mara kienu suġġetti għal vjolenza domestika, li qalet li hija xi ħaġa normali li r-raġel isawwat lil mara.
B’wieħed mill-irġiel jgħid li hija xi ħaġa loġika li r-raġel isawwat lil mara filwaqt li ieħor ta spjegazzjoni għalfejn isawwat lil martu: “Jekk ma nsibx xi ħaġa f’post eżempju, jaqbduni n-nervi u nsawwatha.” Filfatt, skont dan ir-rapport, aktar minn 60% tan-nisa Alġerini jemmnu li huwa dritt li r-raġel issawwathom.
Ċertu nies minn pajjiżi differenti għandhom perċezzjoni differenti dwar din it-tip ta’ vjolenza, li hu żgur li l-Maltin kellhom kliem ta’ rabja għal dak li semgħu f’dan il-filmat, hekk kif il-midja soċjali xegħlet bil-kummenti kontra din it-tip ta’ mentalità.