Għat-tmin sena konsekuttiva, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika organizza seminar, b’kollaborazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, iddedikat għall-audits li jispeċifikaw fuq is-sostenibbiltà.
Dan is-seminar irrifletta l-importanza tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza fl-awditjar tas-settur pubbliku.
Is-seminar ġabar flimkien esperti tas-sostenibbiltà li pprovdew pjattaforma ta’ diskussjonijiet dwar kif l-istituzzjonijiet tal-awditjar jistgħu jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ sostenibbiltà biex, fl-aħħar mill-aħħar, iservu l-aħjar interessi taċ-ċittadini tagħhom.
ONE News tkellem mal-Awditur Ġenerali Charles Deguara, li spjega magħna li l-għan ta’ dan is-seminar kien biex jitqajjem aktar għarfien dwar l-isfidi li n-negozji jiffaċċjaw fl-implimentazzjoni fix-xogħol tagħhom.
“Ilna issa xi tmin snin norganizzaw dawn is-seminars kull sena. Importanti, għax waħda nidentifikaw tema li tkun topika ħafna. Din is-sena, kif tafu, għażilna sustainibility audits għandhom x’jaqsmu ma’ ħarsien ta’ ambjent, żvilupp ta’ ambjent u kif se nassiguraw biex ġenerazzjonijiet futuri jsibu ambjent aħjar minn tagħna jekk jista’ jkun.”
Charles Deguara, Awditur Ġenerali