Għas-seba’ sena konsekuttiva, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa ajruporti fl-Ewropa.
Din il-klassifikazzjoni hi bbażata fuq rispons dirett tal-passiġġieri miġbur permezz tal-istħarriġ tal-Kwalità tas-Servizz tal-Ajruport, li jevalwa 367 ajruport madwar 95 pajjiż.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA, Alan Borg, laqa’ b’sodisfazzjon din l-aħbar u enfasizza kif l-ajruport irnexxielu jżomm kwalità ta’ servizz eċċezzjonali, filwaqt li laqa’ rekord ta’ disa’ miljun passiġġier f’sena waħda.
L-MIA rrapportat ukoll riżultati tajbin għat-traffiku fi Frar li għadda, b’560,553 passiġġier li għaddew minnu … żieda ta’ 18.2% fuq Frar ta’ sena ilu.