Wieħed mill-aktar vulkani attivi fid-dinja, Fuego, jinsab 60 kilometru ’l bogħod mill-belt ta’ Guatemala u bħalissa qiegħed jiżbroffa.
L-awtoritajiet diġa evakwaw 300 familja iżda qed javżaw li 30,000 persuna jinsabu f’riskju.
L-eruzzjoni bdiet il-Ħadd bil-lejl u s’issa għadu ma kien irrappurtat l-ebda inċident ta’ nies feruti. L-iskejjel fil-viċinanzi jinsabu kollha magħluqa kif ukoll triq prinċipali li tgħaqqad diversi komunitajiet fl-akwati. Il-linji tal-ajru qed ukoll joperaw b’restrizzjonijiet hekk kif it-titjir tal-iżbroff jista’ jitla’ sa 7000 metru għoli.
Skont l-esperti, l-akbar biża mhux l-iżbroff innifsu, iżda l-irmied, ġebel, tajn u oġġetti oħra li jistgħu jidfnu villaġġi sħaħ. L-aħħar żbroff kien seħħ f’Ġunju 2023.
Bħalissa n-nixxiegħa tal-lava hija waħda moderata iżda mistennija tiżdied.