Ilbieraħ filgħaxija, fl-ewwel Ħadd tar-Randan, mijiet attendew għall-pellegrinaġġ penitenzjali annwali f’Ħaż-Żabbar.
Dan il-pellegrinaġġ tmexxa mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles J. Scicluna u kien akkumpanjat bil-vara tal-Madonna tal-Grazzja.
Din it-tradizzjoni tmur lura mijiet ta’ snin ilu qabel il-wasla tal-Kavallieri f’Malta fl-1530. Is-sinifikat ta’ dan il-pellegrinaġġ, illum il-ġurnata, huwa li jgħaqqad lill-Insara kollha minn kull mixja tal-ħajja biex jissieħbu f’talba waħda fl-ewwel Ħadd tar-Randan.