Ajruplan żgħir iġġaraf fil-parkeġġ ta’ kumpless tal-irtirar f’Lancaster County Pennsylvania, il-Ħadd wara nofsinhar. Fl-inċident kienu feruti l-ħames persuni abbord filwaqt li saret ħsara f’numru ta’ karozzi.
L-ajruplan li kien ta’ magna waħda Beechcraft Bonanza, waqa’ fuq il-propjeta tal-komunità tal-irtirar Brethern Village. Ma kienx irrappurtat ħsara fuq il-bini jew nies imweġġa’ fuq l-art, iżda madwar tnax-il vettura ġarrbu ħsarat, ħamsa minnhom b’mod estensiv.
Il-Federazzjoni tal-Avjazzjoni Amministrattiva qalet li kienet qed tinvestiga dan l-inċident li jsegwi sensiela ta’ inċidenti fl-avjazzjoni nkluż il-ħabta devastanti fl-ajru f’Jannar li għadda.
Ftit qabel il-kraxx, il-pilota f’konverżazzjoni mal-kontrallatur tat-traffiku tal-ajru kien iddikjara li kellu bieb miftuħ u għalhekk ingħata struzzjonijiet sabiex jabbanduna t-tluq ftit mumenti qabel iġġarraf.
L-ajruplan kien skedat li jitlaq mill-ajruport ta’Lancaster fit-Tramuntana ta’ minn fejn kraxxja u kien dirett lejn Springfield, Ohio.