Tħabbret il-mewt tal-attur Simon-Fisher Becker fl-età ta’ 63 sena s-Sibt wara nofsinhar.
Fost dawk li esprimew is-sogħba tagħhom, l-aġent tiegħu Kim Barry fejn qal li kien tilef mhux biss klijent iżda ħabib personali bi ħbiberija li tmur lura ħmistax-il sena. Huwa kompla billi bgħat il-kondoljanzi lir-raġel tiegħu Tony, lil ħuħ, neputijiet u eluf ta’ segwaċi.
Simon-Fisher Becker jibqa’ magħruf għall-partijiet tiegħu bħala Fat Friar f’Harry Potter and the Philolopher’s Stone u Dorium Maldova f’Doctor Who. Huwa wkoll kellu l-parti ta’ Master of the House f’Les Miserables.