Hamrun Spartans ħabbru li Winston Muscat se jkun qed imexxi lit-tim għal kumplament tal-istaġun wara li fil-ħinijiet li għaddew waqfu lill-kowċ Taljan Alessandro Zinnari milli jkompli jmexxi lit-tim.
It-tmexxija ta’ Hamrun Spartans ma’ kienet xejn kuntenta bir-riżultati riċenti fil-Kampjonat hekk fl-aħħar erba ħarġiet fil-Kampjonat, Hamrun ġew megħluba tliet darbiet; minn Melita, Gzira u Mosta rispettivament.
Minn informazzjoni li għanda din il-paġna, Winston Muscat kien l-għażla numru wieħed tat-tmexxija tal-klabb sabiex jmexxi lit-tim għal partiti li fadal mill-Kampjonat u anke fl-FA Trophy.
Muscat, żgur li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-futbol Malti hekk kif fl-aħħar snin mexxa numru ta’ klabbs bl-iżjed wieħed riċenti jkunu Marsaxlokk FC.
L-ewwel impenn ta’ Hamrun Spartans se jkun nhar il-Ħamis li ġej kontra Sliema Wanderers qabel mal-Kampjonat jagħmel pawsa għal impenji tat-tim nazzjonali Malti.