Intemmet l-avventura tat-team tal-waterpolo ta’ Sliema fil-LEN Challenger Cup, hekk kif fit-tieni leg tas-semifinali li ntlagħbet is-sibt filgħaxija, spiċċaw fi draw ta’ 12-12 kontra l-olandiżi GZC Donk.
Wara li fl-ewwel leg, is-slimiżi kienu tilfu bi skor ristrett ta’ 18-17, il-goal vantaġġ miksub mill-olandiżi f’dik il-logħba kien determinanti sabiex kienu huma li għaddew għall-finali.
Fil-logħba tas-sibt, is-sessjonijiet raw bilanċ assolut tant li kollha ntemmu fi draw.
L-ewwel sessjoni kienet mimlija emozzjonijiet u goals u spiċċat bi skor ta’ 6-6. Is-sessjonijiet l-oħra kellhom skor ta’ 1-1, 3-3 u 2-2.
