Id-data tad-9 ta’ Marzu tal-2013 fissret li pajjiżna qeleb il-paġna fuq sitwazzjoni ta’ ekonomija staġnata u rati ta’ qgħad u faqar, li kienu refgħu rashom sew.
Gvern Laburista wassal biex il-pajjiż sar ta’ suċċess, reżiljenti għal sfidi kbar, waqt li wettaq kisbiet kbar fil-ġlieda kontra l-qgħad, l-inugwaljanza u l-faqar.
Fl-2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, Malta kellha prospetti ekonomiċi limitati, b’ħafna aġenziji ta’ kreditu naqqsu r-rating ta’ pajjiżna, waqt li bassru li se nibqgħu f’dan l-istat.
Tnax-il sena wara, l-ekonomija Maltija rduppjat u bħala medja t-tkabbir ekonomiku kien sitt darbiet aktar dak osservat fil-bqija tal-Unjoni Ewropea.
It-tkabbir ekonomiku kien l-aktar ġej mis-servizzi professjonali, finanzjarji u diġitali.
Taħt Gvern Nazzjonalista, id-dejn tal-pajjiż kien ta’ 70% u kien imbassar li se jkompli jiżdied. Iżda meta telgħa Gvern Laburista dan inbidel. Dan hekk kif id-defiċit inbidel f’surplus għal diversi snin u minkejja l-impatt ta’ pandemija u anki l-għajnuna f’perjodu ta’ sfidi internazzjonali, il-piż tad-dejn nazzjonali waqa’ għal taħt il-50%. Dan meta fil-bqija taż-Żona Ewro, id-dejn nazzjonali hu ta’ madwar id-90% tal-ġid nazzjonali.
Taħt Gvern Nazzjonalista, ir-rata ta’ inflazzjoni b’mod konsistenti kienet aktar minn dik fil-pajjiżi madwarna. Dan filwaqt li taħt Gvern Laburista, il-prezzijiet għolew inqas mill-bqija tal-Unjoni Ewropea.
B’dan juri kif Gvern Laburista rnexxielu jservi ta’ tarka għad-daqqiet fil-prezzijiet internazzjonali, anke meta dawn l-isfidi kienu akbar minn dawk fi snin passati. F’dan il-perjodu, Gvern Laburista żamm il-prezzijiet tal-fuel u l-enerġija stabbli.