Il-Bank Nazzjonali tad-Demm ħareġ sejħa urġenti għal demm tal-gruppi O u A positive.
Intqal li r-riżerva qegħda kritika u jekk tibqa’ ma titjibx, l-operazzjonijiet jistgħu jitħassru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Bank tad-Demm qal li llum, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, huma jinsabu miftuħa sat-8 ta’ filgħaxija.
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313 biex jistaqsi xi diffikultajiet li jista’ jkollu.
Dan filwaqt li hemm trasport b’xejn provdut ukoll billi wieħed iċempel fuq in-numru 80074313.