Il-Parlament Skoċċiż ivvota favur li jkun hemm referendum għall-Indipendenza ieħor. Dan lejliet li r-Renju Unit se jibda l-proċess uffiċjali biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit qalet li issa mhux iż-żmien biex ikun hemm referendum ieħor dwar dan is-suġġett. Kienet Nicola Sturgeon, il-mexxej tal-Iskozja, li proponiet is-sejħa għal referendum bid-deputati jtuha l-mandat li tgħamel dan bejn il-Ħarifa tas-sena d-dieħla u r-Rebbiegħa tas-sena ta’ wara.