Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ngħaqad mal-Prim Ministri sħabu fil-laqgħa tal-PES fi Brussell qabel is-Summit tal-Mexxejja Ewropej.
Il-laqgħa ħadet il-forma ta’ diskussjoni strateġika qabel il-laqgħa straordinarja tal-Mexxejja Ewropej dwar id-difiża u l-appoġġ għall-Ukrajna.
Fl-intervent tiegħu, Dr Abela rrifletta fuq il-valur tan-newtralità ta’ Malta speċjalment f’mumenti bħax-xenarju attwali ta’ ċaqliq fil-politika globali. Il-Prim Ministru enfasizza l-ħtieġa li nipprijoritizzaw l-investiment fin-nies mhux fl-armamenti.
Ma’ Robert Abela ngħaqdu l-President tal-Kunsill Ewropew António Costa, il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez, il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz, il-President tal-PES Stefan Löfven, il-President tal-Grupp S&D Iratxe Garcia, il-Prim Ministru tal-Litwanja Gintautas Paluckas u l-Viċi Kanċillier Awstrijak Andreas Babler.
Il-Prim Ministru Abela kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, John Grech.