L-ewwel fażi tal-provi biex jintgħażlu t-tfal għal programm ta’ Louise Doneo, ESPERTI, issa hija magħluqa. Wara sejħa li saret fl-aħħar ġimgħat, ‘il fuq minn 200 tifel u tifla applikaw bi ħġarhom, marru għall-provi, tkellmu mal-panel u fl-aħħar jiem, tlesta l-proċess biex minn dawn il-200 jintgħażlu 40 biex jagħmlu t-tieni prova.
”Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min applika, tal-interess u l-entużjażmu li urejtu, nixtiequ nawguraw lit-tfal kollha li għaddew għat-tieni fażi. Diffiċli immens biex tagħżel, speċjalment fejn jidħlu t-tfal. Kollha għandhom il-karatteristiċi partikulari tagħhom. Imma fl-aħħar minn l-aħħar ma jistax jintgħażel kulħadd u nixtieq minn hawn nirringrazzja lill-ġurija li jkollna magħna għax mingħajrhom tkun ferm aktar diffiċli biex issib l-aħjar 9.”
LOUISE DONEO – PREŻENTATTRIĊI U PRODUTTRIĊI TA’ ESPERTIREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara li jitlestew it-tieni provi, il-produzzjoni tħabbar l-ismijiet ta’ dawk id-disa’ ESPERTI li jkunu se jidhru fil-programm f’Ottubru li ġej.
One.com.mt jixtieq ukoll jawgura lit-tfal kollha għal dan il-programm.