Is-sibt 22 ta’ Marzu f’Montekristo Hal Farruġ se ssir attivita’ oħra organizzata minn THE ARENA COMBAT SPORTS PROMOTIONS. L-avveniment li jmiss se jġib l-isem ta’ WAR LORDS u se jkun jinkludi għadd kbir ta’ ġlidiet imħallta: Boxing, Kickboxing K1 u MMA.
Ġlidiet kemm kemm nazzjonali u anke internazzjonali bil-kollaborazjonni u sanzjonati minn MBC, WKA, MMMAA u MNCS.
Fil-lista tal-Fight Cards hemm tlieta b’kollox. Insibu 32 glieda bit-taqbida bejn maltin u anke baranin fosthom il-Greċja, l-Ingilterra u l-Italja.
L-ewwel fight card hija under card, it-tieni fight card insibu is supporting bouts u t-tielet fight card insibu il-main bouts.
Hawnhemm se jiġġieldu għaċ-ċintorini ewlenin fejn għandna lil Marlon Kokavessis kontra Andrii Borodi għat-titlu tal-BOXING THE ARENA TITLE.
Nikola Minojlovic kontra Vladan Ristic għat-titlu tal-K1THE ARENA TITLE.
Ruud Chircop kontra t-taljan Marco Vincenzi fit-taqbida tal-MMA għall-MMA THE ARENA TITLE CHAMPION.
Ġlidiet oħra ikunu:
Denzel Cesare kontra Jan Al Hamo (MBC BOXING TITLE)
Zack Calleja kontra Josef El Shemy (MBC BOXING TITLE)
Aidan Vassallo kontra il-brittanniku Danny Worsfold (MBC BOXING TITLE)
THE ARENA PROMOTIONS tirringrazzja lill-klabbs, kowċies u atleti. SE jieħdu sehem 64 atleta minn 26 klabbs differenti.
Ringrazzjament ukoll lill-isponsors tas-serata.
Il-ġlieda ewlenija se tkun bejn Lydon Xuereb u l-brittaniku Luke Hills (MBC BOXING TITLE)
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntatja lill-organizzatur Simon Chetcuti fuq 7908 3686.