Bejn Settembru u Diċembru tas-sena l-oħra, mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, Malta rreġistrat l-akbar żieda fl-iljieli li għamlu t-turisti f’postijiet tal-akkomodazzjoni.
Dan joħroġ minn ċifri tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.
Minnhom jirriżulta li, meta l-aħħar kwart tas-sena l-oħra jitqabbel mal-istess perjodu sena qabel, Malta rreġistrat l-akbar żieda ta’ 16.5%.
Iż-żieda tal-iljieli f’Malta kienet iżjed minn tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. Fil-fatt hawn kienet irreġistrata żieda ta’ madwar ħamsa fil-mija.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li, wara Malta, bl-akbar żidiet fl-iljieli mqattgħin kien hemm il-Latvja, l-Italja u l-Kroazja, ilkoll b’żieda ta’ aktar minn għaxra fil-mija.
Waqt li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea kollha żdiedu, l-Irlanda kienet waħedha bi tnaqqis fl-iljieli tat-turisti fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra.
Dawn iċ-ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw mhux biss in-numri rekord ta’ turisti f’Malta s-sena l-oħra, iżda anke n-nefqa bla preċedent tagħhom, li kienet tiżboq it-€3.3 biljun.