It-Tieqa tad-Dwejra f’Għawdex ġiet deskritta mill-gazzetta Indjana The Times of India bħala waħda minn għaxar għeġubijiet fid-dinja li ntilfu matul iż-żminijiet.
Il-gazzetta, li għandha r-raba’ l-akbar ċirkolazzjoni fil-pajjiż, spjegat li t-Tieqa tad-Dwejra kienet saret iżjed popolari mat-turisti, partikolarment wara li dehret f’films u serje televiżivi famużi, bħal ‘Game of Thrones’.
Intqal li, minkejja li sar minn kollox biex din il-ġawhra tiġi kkonservata, maltempata qawwija f’Marzu tal-2017 kienet wasslet biex din tiġġarraf darba għal dejjem.
Ġie rrimarkat li, anke jekk dan kien ta’ qsim il-qalb, il-fdalijiet tat-Tieqa f’qiegħ il-baħar illum huma sit ukoll popolari, din id-darba għall-għaddasa.