Koppja minn Tennessee tinsab akkużata li provat tbiegħ tarbija ta’ ħames xhur fuq is-sit Craiglist, għal $3,000, jiġifieri €2,760.
Deanna Lynn Greer ta’ 37 sena u John David Cain ta’ 26 kienu arrestati wara li allegatament offrew it-tarbija tagħhom lil uffiċjal li kien qed jaħdem undercover u riedu l-flus tagħha.
Il-Pulizija ta’ Greene County qalu li kienu avżati b’riklam online minn koppja oħra.
Il-kummenti tax-Sherriff kienu: “can you believe this? We bought a baby. It makes my heart drop”.
It-tarbija qed tinżamm fil-kustodja tal-istat.