Il-kumpanija tal-bejgħ u x-xiri tal-cryptocurrency, OKX, li ilha stabbilita f’Malta għal dawn l-aħħar seba’ snin, ħabbret li se tkompli tespandi fl-Unjoni Ewropea wara li kisbet il-liċenzja meħtieġa biex tagħmel dan.
B’hekk din hi l-ewwel kumpanija li se tkun tista’ toffri s-servizzi tagħha madwar id-dinja kollha.
Din il-kumpanija, li stabbilixxiet f’Malta fl-2018 wara ħidma mal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, se tkun qed timmarka dan l-avveniment importanti għaliha permezz ta’ ċelebrazzjoni u avveniment esklussiv fil-Fort Manoel f’pajjiżna stess il-ġimgħa d-dieħla.
Dakinhar mistennija wkoll tħabbar iżjed affarijiet kbar.
OKX tipprovdi għadd ta’ servizzi l-aktar fix-xiri l-bejgħ tal-assi diġitali fuq il-blockchain u hi msieħba ma’ diversi ismijiet rinomati, bħall-McLaren u l-klabb tal-futbol ta’ Manchester City.