Erba’ kickboxers lokali minn Team Noel Club Malta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħadu sehem f’avveniment ġewwa Gala Athena fi Trapani l-Italja. L-erba’ ġellieda lokali kienu Jake Gomez Blanco, Dillon Mamo, Justin Pace, u Jesred
Piscopo. Imħarrġa u kkowċjati minn Master Noel Mercieca minn Team Noel Kickboxing Malta għamlu lill-partitarji Maltin tal-kickboxing kburin bil-prestazzjoni mill- aqwa tagħhom fl-avveniment K1 u Muay Thai.
Fi ġlieda iebsa, il-kickboxer adoloxxent Jake Gomez Blanco irnexxielu joħroġ bi draw, filwaqt li ċ-champion lokali Jesred Piscopo kiseb rebħa komda bil-punti wara li rnexxielu jiddomina l-konfront fi ġlieda tal-Muay Thai.
Master Noel Mercieca, kowċ u promotur, flimkien ma’ Mari Ella Sciberras, Joesam Azzopardi, u Mariana Azzopardi, il-promoturi, esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għar-riżultati notevoli wara dawn iż-żewġ l-avvenimenti tal Gladiator u l-kisbiet fi Trapani.