Tħabbret il-mewt ta’ Carl Dean li forsi ftit kienu jafu li jiġi r-raġel ta’ Dolly Parton. Huwa kellu 82 sena.
Huma kienu ltaqgħu meta kellha tmintax-il sena barra l-Wishy Washy launderette fejn Dolly Parton kienet qed taħsel il-ħwejjeġ dakinhar li marret toqgħod Nashville u żżewġu b’mod sigriet meta kellha biss 20 sena.
Dean, li kelu kumpanija tal-asfaltar, ma kienx bniedem pubbliku u rarament deher flimkien ma’ Dolly Parton waqt id-diversi attivitajiet fil-ħajja tagħha. Tant u hekk li ħafna kienu jaħsbu li kien bniedem fittizzju li kkreat hi sabiex ma tkunx ittantata. Il-koppja qatt ma kellhom tfal.
Dolly Parton irringrazzjat lil dawk kollha li offrew il-kondoljanzi hekk kif qalet li l-ebda kelma ma kienet tiġġustifika l-imħabba li kellhom għal xulxin matul kważi sittin sena. Hija qalet ukoll li hu kien l-ispirazzjoni wara waħda mill-aktar diski popolari tagħha ‘Jolene’. Dan hekk kif kitbet din id-diska meta tfajla li kienet taħdem f’bank uriet interess ftit żejjed fir-raġel tagħha u hu kien jieħu pjaċir imur il-bank għax kienet ittieh ħafna attenzjoni. Filfatt kienet ċajta li kienet tieħu pjaċir tinkieh biha.