Matul l-aħħar għaxar snin, is-sotto-kumitati GħKNK Mellieħa u GħKNK Miżieb kienu impenjati fil-konservazzjoni ambjentali billi ħawlu eluf ta’ siġar indiġeni. Dan l-impenn għall-irkupru tal-abitati kompla magħtul l-weekend li għadda, fejn voluntiera ta’ GħKNK Mellieħa ħawlu aktar minn 300 siġra indiġena f’Aħrax, fejn ġiet installata wkoll sistema ta’ irrigazzjoni.
Dawn l-isforzi tkomplew wara t-tneħħija tal-ispeċi aljeni invażivi tal-Akaċja, biex jinħoloq ambjent aktar favorevoli għas-siġar indiġeni. Xi wħud mis-siġar ġew provduti minn Ambjent Malta, fejn nirringrazzjawhom għall-kollaborazzjoni tagħhom f’din l-inizjattiva importanti.
Dan il-proġett mhux biss isaħħaħ il-bijodiversità, iżda jassigura wkoll li dawn l-ispazji miftuħa jibqgħu ekosistemi indiġeni b’saħħitom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Is-siġar se jkunu kkultivati b’attenzjoni mill-istess membri, bħala parti mill-impenn kontinwu tagħna għall-ambjent naturali ta’ Malta.