Is-Sur Silvio Scerri nħatar bħala Chairman tal-Bord tad-Diretturi ta’ ONE.
Din il-ħatra hija ntiża li tkompli ssaħħaħ il-media tal-Partit Laburista. L-għan huwa li ONE mhux biss jikkonsolida l-istazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni, iżda wkoll jesplora mezzi ġodda tal-media biex il-messaġġ tal-partit jasal għand kulħadd bl-iktar mod effiċjenti u ċar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-Sur Scerri għandu esperjenza vasta fil-qasam tax-xandir li tmur lura iktar minn 30 sena. Kien jokkupa karigi maniġerjali u fil-qasam tat-teknoloġija fix-xandir b’suċċess kemm fis-settur pubbliku u anke fis-settur privat.
Il-ħatra tas-Sur Scerri daħlet fis-seħħ b’effett immedjat.