Dalgħodu għall-ħabta tas-7.00 ta’ filgħodu seħħ aċċident fejn mutur misjuq minn raġel ta’ 59 sena, residenti Birkirkara, skiddja fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa.
Fuq il-post marru l-Pulizija u anke tim mediku, li assistew lir-raġel waqt li ttieħed l-isptar b’ambulanza għal aktar kura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn informazzjoni li kiseb ONE News il-kundizzjoni tiegħu hija gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.