Bdejna Marzu…u f’dan ix-xahar jintemm l-ewwel staġun ta’ KWIR, l-ewwel drama LGBTIQ+ għat-televiżjoni lokali. Din il-ġimgħa, jixxandar id-9 episodju fejn naraw kif l-istorja ta’ Adam bħala żagħżugħ trans tkompli tieħu l-forma tagħha hekk kif hu jiltaqa’ ma’ Alicia u jħossu kuntent li finalment qed ikun hu nnifsu.
Izan, min-naħa l-oħra, jibda jesplora s-sentimenti tiegħu imma jrid jiffaċċja d-diżapprovazzjoni ta’ ommu Arjel. Għall-ewwel darba, naraw il-ġlieda minn perspettiva differenti: dik ta’ omm li tħobb lil binha, imma li wkoll temmen fil-fidi tagħha.
KWIR, id-disa’ episodju jixxandar it-Tnejn 03 ta’ Marzu, fid-8:45pm esklussivament fuq ONE