Tħabbret il-mewt ta’ Paul Borg, eks xandar ma’ ONE, fl-età ta’ 56 sena.
Borg, li kien minn Bormla, ippreżenta diversi programmi fid-disgħinijiet fuq ONE Radio, dak iż-żmien Super 1.
B’karattru ferrieħi u għażliet mużikali, partikolarment dawk romantiċi, ħafna għadhom jiftakru l-vuċi fonda fil-kontribut tiegħu fuq il-frekwenza ta’ 92.7 FM.
L-aħbar ingħatat mir-raġel tiegħu stess, Giuseppe, il-Ħadd filgħodu fejn tenna li Paul sfortunatament tilef ħajtu wara li jumejn qabel tagħtu emoroġija ċelebrali.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar l-Erbgħa fit-8:00 a.m. fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla.
It-tmexxija ta’ ONE tesprimi l-kondoljanzi lil familtu u ħbiebu.