Il-Papa Franġisku, li ilu għal dawn l-aħħar ġimgħatejn l-isptar minħabba pneumonia, jinsab f’kundizzjoni stabbli. Dan wara li kellu każ iżolat ta’ kriżi fil-mod kif jieħu n-nifs nhar il-Ġimgħa li għadda.
Il-Papa li għandu 88 sena, kien qed jirrimetti għal aktar minn darba u għal ftit ħin il-kundizzjoni respiratorja tiegħu ggravat fejn kellu jilbes il-maskra tal-ossiġnu biex tgħinu jieħu n-nifs.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI