Wara l-kliem pożittiv li rċevew is-sena li għaddiet, il-Korp tal-Pulizija, mill-ġdid nieda l-inizjattiva waqt il-jiem tal-karnival, ‘Carnival Safety Initiative’.
Din l-inizjattiva għandha l-għan li żżom lit-tfal li jżuru l-karnival fil-Belt Valletta flimkien mal-ġenituri tagħhom, siguri. Dan hekk kif ġenituri li jmorru bit-tfal igawdu l-karnival, se jkunu jistgħu jlibbsu brazzuletta tal-karti u fuqha jiktbu d-dettalji tagħhom b’xejn.
Dan biex f’każ li t-tfal jintilfu minn mal-familja tagħhom, ikun aktar faċli biex ma’ min jiltaqgħu jagħmel kuntatt mal-qraba tagħhom.