Il-Prim Ministru Robert Abela pparteċipa f’edizzjoni oħra tal-maratona Caritas Run for Life, b’risq l-istess fondazzjoni.
Il-maratona bdiet fis-7 ta’ filgħodu propju miċ-Ċentru tal-Komunità Terapewtika ta’ San Blas f’Ħaż-Żebbuġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-midja soċjali tiegħu, il-Prim Ministru kiteb li l-fondazzjoni Caritas ħaqqha kull sostenn għax-xogħol li permezz tiegħu tħalli ġid kbir fis-soċjetà ta’ pajjiżna.