Il-Yachting Malta Birżebbuġa International Regatta se tkun qed tirritorna għal edizzjoni oħra eċċitanti, fejn ser tlaqqa’ uħud milll-aqwa baħħara żgħażagħ għal erbat ijiem ta’ tlielaq intensivi
Ospitata, għar-raba’ sena konsekuttiva, minn Birżebbuġa Sailing Club Freeport, din ir-regatta importanti ser tilqa’ kompetituri fil-klassijiet Optimist, ILCA 4, ILCA 6 u ILCA 7 minn komunitajiet tal-ibburdjar kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
Ir-regatta se jkollha parteċipanti mil-Litwanja, il-Bulgarija, u l-Portugall, flimkien mal-maġġoranza tal-aqwa baħrin ta’ Malta.
Bħala avveniment ewlieni ta’ ranking lokali, din il-kompetizzjoni għandha rwol kruċjali biex tiddetermina l-baħrin Maltin li se jirrappreżentaw lill-Malta fil-Kampjonati Ewropej aktar tard din is-sena. Minħabba hekk numru ta’ baħrin ser jkunu qedin jissieltu għall-aħħar postijiet fit-tim nazzjonali Malti, u dan jagħmel dan avveniment wieħed deċiżiv.
Kundizzjonijiet tat-Tlielaq
It-tbassir tat-temp attwali jissuġġerixxi kundizzjonijiet konsistenti għall-biċċa l-kbira tal-avveniment. Il-kompetituri jistgħu jistennew kundizzjonijiet moderati matul l-ewwel tlett ijiem. Madankollu, il-baħrin se jkollhom bżonn jadattaw l-istrateġiji tagħhom fl-aħħar ġurnata, minħabba li hu mistenni li jkun hemm riħ eħfef. Din il-bidla tista’ tkun ta’ sfida, partikolarment għal dawk li qed jikkompetu għall-ogħla pożizzjonijiet.
Minħabba dan, l-uffiċjali tat-tlielaq ser jivvalutaw il-kundizzjonijiet fil-Bajja ta’ Marsaxlokk, is-Sikka ta’ Bengħisa, u Xrobb l-Għaġin, biex jiżguraw l-aħjar kundizzjonijiet possibbli.
L-ewwel tellieqa hija mistennija li tibda is-Sibt fil-1100.
Sforz Kollaborattiv
It-tħejjijiet għall-avveniment ilhom għaddejjin ġimgħat sħaħ, b’aktar minn 40 voluntier jassistu fil-loġistika, il-ġestjoni tat-tiġrijiet, u s-sigurtà kemm fuq l-art kif ukoll fuq l-baħar.
Ġurija internazzjonali distinta, immexxija mis-Sa Pinar Koşkuner Genç, President tal-EUROSAF, se tissorvelja r-regatta. Hija se tkun assistita mill-Malti David Dalli (BSC).
L-uffiċjali tat-tiġrija għall-avveniment se jkunu s-Sur Miguel Amaral (POR), figura rispettata sew fix-xena tar-regatti lokali, li ser jissorvelja l-korsa tal-Optimist, u s-Sur Jan Niklas Czekala (GER), li se jmexxi l-korsa tal-ILCA.
“Il-Yachting Malta BSC International Regatta twiegħed li tkun avveniment kompetittiva u eċċitanti, li se jattira baħħara ta’ livell għoli lejn Malta u jagħti lill-baħħara tagħna opportunità eċċellenti biex jiksbu esperjenza internazzjonali fl-ibħra lokali,” ikkummenta Mario Aquilina, Commodore, Birżebbuġa Sailing Club Freeport. Aquilina kompla billi rringrazzja lill-isponsor uffiċjali Yachting Malta u lill-isponsor ewlieni Visit Malta kif ukoll lill-appoġġ kontinwu tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbugia.
Il-Yachting Malta BSC International Regatta qed issir taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation.