L-isfida tal-fertilità u n-nuqqas ta’ twelid hija magħna, bħal diversi pajjiżi oħrajn tal-Punent, imma rridu nħarsu lejn pajjiżi oħrajn u naraw kif iffaċċjawhom meta kellhom l-istess sfidi tagħna.
Qal dan l-ekonomista George Vella Jr waqt il-programm ‘Bla Fruntieri’, li jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fl-10:00 a.m. fuq ONE.
Vella kien qed jitkellem dwar li sfidi li għandu quddiemu pajjiżna fl-isfond ta’ interventi u inizjattivi, li qed jieħu l-Gvern, fosthom dawk qawwija biex jgħin lill-familji, bħas-sussidji fil-kontijiet tal-enerġija.
Fl-aħħar 11-il sena, permezz ta’ ekonomija b’saħħitha, Gvern Laburista ma waqafx jgħin u jsostni lill-familji, lill-ħaddiema u lin-negozji Maltin u Għawdxin, partikolarment fl-agħar kriżijiet dinjin, bħall-pandemija u dik tal-enerġija.