L-Arkivji Nazzjonali fis-sena 2024 lestew 100 proġett ta’ restawr fuq dokumenti. Dawn l-interventi kienu jinkludu tiswija tal-karta, tindif ta’ moffa, saru kaxxi u enclosures oħra għal preservazzjoni tad-dokumenti u saru polyester sleeves biex jiġu ppreservati r-ritratti.
Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li wieġeb il-Ministru Owen Bonnici fil-5 ta’ Frar li għadda.
Fl-arkivji Nazzjonali jinżammu dokumenti li ġejjin minn Ministeri jew kwalunkwe entità tal-Gvern, dan wara li jkunu ġew approvati mill-Arkivista Nazzjonali.
Iżda l-istorja m’hijiex qiegħda fid-dokumenti tal-Gvern biss u għalhekk jiġu aċċettati wkoll talbiet minn riċerkaturi u ċittadini privati fuq riċerki personali bħal ngħidu aħna l-arblu tar-razza tagħhom.
Crew ta’ ONE News żar it-taqsima tar-restawr ġewwa l-Arkivji Nazzjonali fejn hemmhekk tkellimna ma’ Lindsay Galea, il-persuna nkarigata mir-restawr ta’ dawn id-dokumenti li jinkludu fosthom passaporti ta’ ċittadini Privati li jmorru lura sa mitt sena ilu u anke iktar u dokumenti mitluba minn riċerkaturi li jkunu utli għal riċerki varji li jkunu qiegħdin iwettqu.
Lindsay spjegatilna l-metodu li tuża sabiex tirrestawra mhux biss karta waħda ta’ dokument iżda anke saħansitra kotba mdaqqsa b’mijiet ta’ paġni mqattajn, imxarrbin jew nkella mterrtqa.
‘’Nirrestawrawhom il-karti antiki bil-karta Ġappuniża, għax tkun kwalità tajba, ma jkolliex aċtu ġo fiha dil-karta tkun magħmula minn fibri naturali jiġifieri ma jkollniex karti magħmulin mill-injam pereżempju għax l-injam aċiduż ħafna.’’’
Hija temmet tgħidilna li r-restawr tar-ritratti huwa proċess differenti.
‘’Meta jkollna ritratti nagħmlulom tip ta’ qisu plastic imma conservation, li jgħidulu molinex polyster ikun polyster apposta, għalxiex nagħmluwom f’dan? Biex in-nies ma jmissuwomx b’idejhom ir-ritratti, għax ir-ritratti tagħmillom il-ħsara tmissom b’subajk, id-dokumenti oħra tista tmissom b’idejk m’hemmx għalfejn ingwanti ħlief ir-ritratti nimlew toqgħod bil-karta Ġappuniża jew tissue.’’