F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard, ħabbar ftehim li se jkun qiegħed iġib flimkien l-imsieħba ewlenin fis-settur tal-Kostruzzjoni biex b’impenn jaħdmu fuq l-implimentazzjoni ta’ Kodiċi Nazzjonali dwar il-bini u l-kostruzzjoni.
“Il-pass tal-lum jirrappreżenta bl-aqwa mod possibbli d-djalogu b’saħħtu li żviluppa fis-settur tal-kostruzzjoni fejn għandek l-istakeholders kollha involuti flimkien mal-Gvern u l-awtoritajiet tiegħu illi qed iħarsu ‘l quddiem b’impenn biex jimplimentaw pass kruċjali dak li jkunu stabbilit l-building codes nazzjonali.”
Il-Ministru Jonathan AttardREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bi ftehim bejn mal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), il-Kamra tal-Periti (KTP) se tkun l-imsieħba prinċipali li tabbozza l-Kodiċi tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
F’Intervent li għamel il-President tal-Kamra tal-Periti, il-Perit Andrè Pizzuto, qal kif jinsab sodisfatt li l-KTP se tkun parti integrali minn dan il-proċess li se jagħti xejra oħra lill-industrija tal-kostruzzjoni f’pajjiżna.
“Dan kien pass importanti li ħa l-Ministru Jonathan Attard sabiex jgħaqqad l-industrija madwar dan l-għan importanti li ġie wkoll emfasizzat fir-rapport tal-inkjesta pubblika sabiex jitfasslu dawn il-kodiċi.”
Andre Pizzuta, President KTP
Ftehimiet oħrajn għandhom l-għan li permezz tagħhom kemm l-BCA u l-KTP jikkonsultaw b’mod dirett mal-entitajiet konċernati kollha sabiex huma wkoll parteċipi fid-diskussjonijiet biex jiġu abbozzati l-Kodiċi Nazzjonali tal-Bini u l-Kostruzzjoni.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-Perit Roderick Bonnici, qal li skond l-att li jwaqqaf l-BCA, l-istess Awtorità għandha l-obbligu li tistabbilixxi dawn il-kodiċi.
“Fl-aħħar xhur rajna liem huma l-aktar building codes importanti li jinqasmu fi struttura li bażikament jinkludu twaqqiegħ skavar u bini u l-fire safety.”
Roderick Bonnici, Kap Eżekuttiv BCA
Il-ftehimiet li jorbtu lill-partijiet għal 3 snin, se jara id-dħul fis-seħħ b’mod gradwali ta’ 17-il kodiċi tal-bini u 6 kodiċi tal-kostruzzjoni.