Norveġiż ta’ 22 sena sfortunatament tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed f’jacuzzi f’residenza f’Tas-Sliema.
Kienu għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ dalgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Viani.
Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lir-raġel mitluf minn sensih.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, madankollu jidher li l-mewta ma tidhirx li hija waħda suspettuża.