Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS nediet kampanja ġdida sabiex tkompli tippromwovi l-kunċett tal-‘fostering’ ta’ tfal f’pajjiżna.
Quddiem is-suċċessi li nksibu fl-aħħar snin, l-FSWS ħasset il-bżonn illi tkompli tħeġġeġ familji jilqgħu fosthom tfal. Dan sabiex dawn it-tfal jitilgħu f’ambjent pożittiv u jgawdu minn imħabba, empatija u affezzjoni.
Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal stqarr li bħalissa hemm aktar minn 50 tifel u tifla li jistgħu jiġu ‘fostered’. Dan filwaqt li sa’ tmiem is-sena 2024 kien hemm 273 tfal fostered. Dan ifisser li 54% tat-tfal kollha li jinsabu f’kura alternattiva bhalissa qegHdin fil-fostering.
“Hawnhekk nagħmel l-appell wieħed illi veru pajjiżna għandna aktar minn nofs it-tfal fil-kura tal-istat li qegħdin foster care imma għandna bżonn oħrajn. Dak huwa l-għan ta’ kampanji bħal dawn illi naraw li nagħtu l-aħjar possibbli f’ċirkostanzi diffiċli xi kultant lit-tfal tagħna.”
Il-Ministru Michael Falzon
Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti saħaq li kull min huwa interessat jikseb aktar informazzjoni jista’ jagħmel dan billi jikkuntatja lit-tim tal-fostering tal-FSWS fuq in-numru 1778.
“Jagħtu ċ-ċans lit-0tfal li għandhom bżonn familja, intuhom ċans li jgħixu ħajja sħiħa, ħajja ġewwa famijla.”
Kap Eżekuttiv, FSWS