Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar l-International Open ta’ Glasgow fejn kellna rebbieħ malti fost l-atleti li kkompetew.
George Ebejer rebaħ il-kategorija Open wara li ddomina l-kompetizzjoni u rebaħ il-finali kontra Mikhail II Chanos 6-1. Mauro Camilleri wasal sas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni filwaqt li Josef Camilleri kien eliminat fil-fażi tal-gruppi.
Fil-kompetizzjoni tat-timijiet, Bormla waslu sal-finali iżda kienu megħluba minn Langton Green SC.
Il-parteċipazzjoni tal-atleti Maltin kienet possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

