Lejlet li f’pajjiżna se ssir laqgħa bejn il-Ministri tal-Unjoni Ewropea biex jiżdiedu l-isforzi biex jonqsu l-fatalitajiet fit-toroq, f’pajjiżna saret għall-ewwel darba laqgħa mal-Imsieħba kollha involuti fis-sigurtà fit-toroq.
Laqgħa li għaliha hawn preżenti l-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għat-Trasport, Violeta Bulc, u kif ukoll mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda fuq is-sigurtà fit-toroq, Jean Todt.
F’kumment ma’ One News, Todt qal li jeħtieġ aktar infurzar mill-pajjiżi kollha madwar l-Unjoni Ewropea.
Hu qal li n-Nazzjonijiet Maqgħuda qed taħdem biet iżżid l-infurzar, fejn qal li 90% tal-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku jsiru fl-UE.
Todt qal li dan ifisser li 26,000 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-UE s-sena li għaddiet, li għalkemm mhux numru żgħir juri titjib u progress ħdejn is-snin preċedenti.
Min-naħa tagħha, Bulz sostniet li s-sigurtà fit-toroq hi responsabbiltà li trid tinqasam bejn kull min juża t-toroq. Hi qalet li s-sigurtà fit-toroq mhix biss dwar statistika imma fuq kollox dwar ħajjiet mitlufa u l-familji u l-ħbieb li jkunu tilfu persuna.
Il-Ministru għat-Trasport, Joe Mizzi, elenka kif ħadd ma vista’ jnaqqas mill-importanza tal-impatt pożittiv li għandha l-edukazzjoni fuq is-sigurtà fit-toroq.