Il-Ħamis wara nofsinhar, il-Prim Ministru flimkien mad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Alex Aguis Saliba u l-Kap Eżekuttiv Leonid McKay żaru l-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE fejn iltaqgħu u tkellmu mal-ġurnalisti u l-cameraperson li lbieraħ, ġew mhedda waqt li kienu qed jaqdu dmirhom quddiem il-Qorti.

Waqt iż-żjara u permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, l-Prim Ministru, wera s-solidarjetà u l-kuraġġ filwaqt li tenna li l-ebda theddid jew attakk m’għandu jwaqqaf ix-xogħol importanti li jwettqu ta’ kuljum l-ġurnalisti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ARA WKOLL: