Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei wara li waqa’ bil-mutur f’inċident fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:10 meta għal xi raġuni s-sewwieq, raġel Bulgaru ta’ 33 sena residenti Raħal Ġdid, waqa’ bil-mutur tat-tip Peugeot Speed Fighter fi triq Aldo Moro fil-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.