L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, l-IĠM, ikkundanna l-azzjonijiet ta’ intimidazzjoni u theddid fil-konfront ta’ tliet ħaddiema ta’ ONE News u ġurnalist ieħor ħdejn il-Qorti waqt li kienu se jitressqu l-akkużati bis-serqa ta’ iżjed minn 200 kilogramma ta’ ħaxixa mill-barracks tas-suldati f’Ħal Safi.
Żewġ ġurnalisti u cameraperson ta’ dan l-istazzjon ġew mhedda u ffilmjati minn qraba tal-akkużati waqt li ma tħallewx iwettqu d-dmirijiet tagħhom fi Triq ir-Repubblika, il-Belt.
F’inċident simili, xi qraba segwew ġurnalist minn kamra tal-aħbarijiet separata u offendewh waqt li spiċċat is-seduta ġudizzjarja.
Waqt li wera solidarjetà mal-ġurnalisti u rringrazzja lill-Pulizija għall-azzjoni immedjata, l-IĠM ħeġġet biex tittieħed azzjoni kontra l-aggressuri.
AQRA AKTAR: