Delegazzjoni minn Peña Madridista Malta għamlet żjara fi Ciudad Real Madrid f’Valdebebas, fejn kellha laqgħa importanti ma’ María Antonia Fernández Fernández, li hija l-Kap tal-Peñas ta’ Real Madrid.
Il-President Anton Cutajar, il-Viċi President Damian Attard, u s-Segretarju Ġenerali Noel Mifsud attendew f’isem il-klabb Malti.
Din il-laqgħa kienet pass importanti biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn Peña Madridista Malta u Real Madrid, wara li s-supporters club lokali ġie rikonoxxut uffiċjalment.
Matul il-laqgħa, ġew diskussi diversi inizjattivi futuri li jistgħu jġibu benefiċċji għall-komunità ta’ Madrileni f’Malta.
Fi stqarrija, l-Ambaxxata ta’ Malta fi Spanja esprimiet l-appoġġ tagħha għal dawn l-isforzi u rringrazzjat lil Peña Madridista Malta għall-impenn tagħhom fil-promozzjoni tal-klabb u tal-valuri tiegħu.