L-Awtorità tal-Komunikazzjoni Maltija, l-MCA, tat rikonoxximent tax-xogħol li qed twettaq il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, l-FSWS, talli tirraporta kontenut imxerred fuq l-Internet li jista’ jipperikola ħajjet xi minuri.
B’dan iċ-ċertifikat ta’ fiduċja, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti, qal li se jkomplu jaħdmu biex jipproteġu l-minuri u l-addoloxxenti.
Waħda mill-inizjattivi li għandha din l-entità governattiva hi l-pjattaforma pubblika bl-isem Child Web Alert Hotline, fejn b’mod anonimu, il-pubbliku jista’ jirrapporta siti jew kummenti onlajn li jkunu relatati ma’ abbuż tat-tfal.