Fil-bidu tas-seduta tat-Tlieta, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia mill-ġdid reġa’ ċanfar u kkundanna l-aġir tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Parlament.
Intqal li dan wassal biex is-seduta tal-bieraħ ġiet sospiża ħames darbiet u l-Kamra ma setgħetx tmexxi bix-xogħol tagħha.
L-Ispeaker innota kif il-Kap tal-Oppożizzjoni qal lu mhux se jirtira l-kliem li ntqal fis-seduta tal-bieraħ.
Dr Farrugia appella biex il-kliem tad-deputati jirrispetta lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Dan ir-ruling ikompli ma’ ieħor li għamel l-Ispeaker tal-Parlament fis-seduta tal-bieraħ.