L-arresti b’rabta mas-serqa ta’ droga minn kontejner mill-barracks tal-Armata f’Ħal Safi, mhiex importanti għall-midja Nazzjonalista. Dan hekk kif ma ġietx irraportata min-Net.
ONE News waslitlu informazzjoni li d-deċizjoni li l-midja Nazzjonalista tinjora din l-aħbar, ittieħdet mill-Kap de facto tal-PN Karol Aquilina, bil-barka ta’ Bernard Grech.
Fl-aħħar sigħat, il-mezzi tax-xandir irrapportaw, bi prominenza kbira, l-aħbar esklussiva li, f’inqas minn 48 siegħa, il-Pulizija arrestat numru ta’ persuni b’rabta ma’ din l-aħbar.
B’din l-aħbar ingħatat mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, f’kummenti mal-ġurnalisti. Il-Ministru Camilleri qal li ġiet elevata parti mid-droga misruqa f’dan il-każ.
It-Times irrapportat li ġew arrestati sitt persuni.
Din l-aħbar tant importanti ngħatat prominenza mill-mezzi tax-xandir kollha, minbarra l-portal tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, NET News li ma għamilx titlu b’din l-istorja u ħeba l-aħbar b’żewg sentenzi, fi storja oħra, dwar Byron Camilleri.
Il-Ministru Camilleri qal li fis-sigħat li ġejjin, il-Pulizija se tagħti aktar aġġornamenti dwar dawn l-arresti.
AQRA AKTAR: