Il-Ħamis li ġej, il-lokalità tal-Marsa se torganizza numru ta’ attivitajiet marbuta mar-renju tal-Karnival għal din is-sena.
Minbarra s-sehem ta’ żewġ baned Marsin u anke l-Big Friends Guggen Musik Band, li se jkunu qed iduru madwar il-lokal kollu jagħtu spettaklu mis-6:00 ta’ filgħaxija ’l quddiem, din is-sena se jkun hemm ukoll karrijiet kbar, li normalment ikunu biss fl-attivitajiet tal-Belt biss.
Is-serata se tkun akkumpanjata wkoll minn ikel u xorb, mumenti komiċi, ġugarelli u rigali, skejjel taż-żfin u ħafna aktar.
Dawn se jkunu qed jgħaddu minn Triq is-Salib tal-Marsa.
Ma’ dan tittella’ wkoll kompetizzjoni tal-kostumi b’rigali sbieħ u shield li tinżamm għal sena. Il-parteċipanti jistgħu japplikaw għal din il-kompetizzjoni billi jċemplu lill-Kunsill tal-Marsa fuq in-numru 21220522.
